Min kienu l-ewwel Maltin li waslu l-Awstralja?

Immigration Museum.jpg

Get the SBS Audio app

Other ways to listen

L-istoriku u riċerkaur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja Mark Caruana jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar l-ewwel Maltin fl-Awstralja. L-ewwel Maltin li waslu l-Awstralja kienu priġunieri trasportati kmieni fis-seklu dsatax talli abbandunaw ir-reġimenti Brittaniċi fiż-żmien li Malta kienet kolonja Brittanika. John Pace wasal f’South Australia, f’Ġunju tal-1790, għalkemm mhux ċert jekk fil-fatt kienx Malti. L-ewwel Malti li ssetilja minn jeddu kien Antonio Azzopardi, li wasal f’Melbourne fl-1837 u għamel suċċess kbir fin-negozju. Kien hemm ħafna attentati għal migrazzjoni tal-massa organizzata fis-seklu 19, imma kien fl-1883 li l-ewwel grupp ta’ 70 ħaddiem u disa’ Maltin oħra moħbija fuq vapur li waslu fl-Awstralja.



Share