Il-qagħda tal-Maltin fl-Awstralja waqt id-Dipressjoni l-Kbira tas-snin tletin

MA57517975-depression-1200w.jpg

Get the SBS Audio app

Other ways to listen

Il-falliment tal-ekonomija Awstraljana minħabba l-kriżi ta’ Wall Street, fl-1929, wasslet għad-Dipressjoni l-Kbira madwar id-dinja, inkluża l-Awstralja. L-ekonomija Awstraljana kważi ħadet 10 snin biex tirkupra. Fl-agħar tad-dipressjoni fl-1932 il-qgħad fl-Awstralja laħaq 32 fil-mija. F’dan iż-żmien ħafna Maltin li kienu l-Awstralja kellhom jerġgħu lura Malta u dawk li baqgħu l-Awstralja għaddew minn tbatijiet u diffikultajiet kbar bla xogħol. L-istoriku u r-riċerkatur tal-istorja tal-Maltin fl-Awstralja, jitkellem dwar id-diffikultajiet kbar li ltaqgħu magħhom il-Maltin f’dak iż-żmien.



Share