Iħallina l-awtur Joseph Vella Bondin (parti minn intervista mal-SBS fl-2001)

Joseph Vella Bondin - Photo Facebook.jpg

Get the SBS Audio app

Other ways to listen

Nhar il-Ħamis 18 ta’ Lulju, tħabbret il-mewt tal-awtur, drammaturgu, mużikologu u kantant ta’ mużika klassika (baxx) Joseph Vella Bondin fl-età ta’ 89 sena. Huwa miet kważi proprju fl-istess ħin ta’ ħuħ John. Joseph Vella Bondin kien l-ewwel mużikologu Malti li kiseb rikonoxximent internazzjonali għall-ħidma tiegħu favur il-mużika klassika Maltija. Kien ukoll l-awtur ta’ bosta drammi fosthom L-Awstralja li f’dawn l-aħħar snin ittella’ fit-teatru u ġie mxandar ukoll fuq it-televiżjoni. (F’intervista ma’ Joe Axiaq għar-Radju tal-SBS fl-24 ta’ Frar 2001 jitkellem dwar il-karriera tiegħu bħala kantant u x-xogħol ta’ riċerka fil-mużika klassika Maltija).



Share